Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn MS mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-31 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-17/16, MS vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-19/18 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: MS (rappreżentant: L. Levi, avocate)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-17/16;
konsegwentement, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors imressaq quddiemha fl-ewwel istanza jew, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tilqa’ t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,
tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE;
tordna l-produzzjoni tad-dokumenti ddikjarati mill-Kummissjoni bħala kunfidenzjali u li jikkostitwixxu s-sostenn meħtieġ mid-deċiżjoni ta’ tkeċċija;
tordna l-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-aġir żbaljat tal-Kummissjoni, evalwati ex aequo et bono għal EUR 20 000;
tobbliga lill-Kummissjoni li tippubblika ittra ta’ apoloġija lill-appellant u li tintegrah fi ħdan Team Europe;
tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Id-digriet ikkontestat huwa vvizjat bi żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-bażi tal-azzjoni għall-kumpens imressqa quddiem l-ewwel qorti kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti.
Id-digriet ikkontestat huwa wkoll vvizjat bi żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-ittra ta’ ftehim kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti. Din tal-aħħar żnaturat il-proċess.
____________