Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-164/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, E. Sanfrutos Cano u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 1 , jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 51(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 61 964.32 dekorribbli mill-jum tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jadotta jew, fi kwalunkwe każ, li jikkomunika lill-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/23/UE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu indikat għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE fl-ordinament ġuridiku nazzjonali skada fit-18 ta’ April 2016.

____________

1     Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1).