Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten (l-Isveżja) fil-25 ta' Mejju 2010 - Försäkringskässan vs Elisabeth Bergström

(Kawża C-257/10)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Försäkringskässan

Konvenuta: Elisabeth Bergström

Domandi preliminari

Skont id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 1, jista' perijodu ta' kwalifika għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta' benefiċċju għall-kura tat-tfal bbażat fuq id-dħul jiġi kkompletat kollu kemm hu permezz ta' impjieg u assigurazzjoni fl-Isvizzera?

Skont id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari, il-Ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament Nru 1408/71, dħul magħmul fl-Isvizzera għandu jitqabbel ma' dħul domestiku fid-determinazzjoni tad-dritt għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta' benefiċċju għall-kura tat-tfal bbażat fuq id-dħul?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1. p. 35.