Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – HeidelbergCement AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-247/14 P) 1
(Appell – Kompetizzjoni – Suq għas-‘siment u prodotti relatati’ – Proċedura amministrattiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 18(1) u (3) – Deċiżjoni ta’ talba għall-informazzjoni – Motivazzjoni – Preċiżjoni fit-talba)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: HeidelbergCement AG (rappreżentanti: U. Denzel, C. von Köckritz u P. Pichler, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, L. Malferrari u R. Sauer, aġenti)
Dispożittiv
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni (T-302/11, EU:T:2014:128), hija annullata.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2361 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Kawża COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ HeidelbergCement AG kemm fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawża T-302/11 kif ukoll tal-appell.
____________1 ĠU C 223, 14.7.2014.