Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis vs Dikigorikos Syllogos Athinon

(Kawża C-431/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (kunsill tal-Istat, il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis di Emmanouil

Konvenut: Dikigorikos Syllogos Athinon

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reġistrazzjoni ta’ patri tal-Knisja ta’ Greċja bħala avukat, mal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn huwa kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu, sabiex ikun jista’ jeżerċita hemmhekk il-professjoni ta’ avukat taħt it-titlu professjonali tal-oriġini tiegħu, tista’ tkun ipprojbita mil-leġiżlatur nazzjonali minħabba li patrijiet tal-Knisja tal-Greċja ma jistgħux, taħt il-liġi nazzjonali, jiddaħħlu fir-reġistri ta’ ordnijiet tal-avukati għaliex, minħabba dak l-istatus, ma jipprovdux ċerti garanziji neċessarji għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat?

____________

1 Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83).