Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Shajin Ahmed vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-369/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Shajin Ahmed

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domanda preliminari

Mill-kliem “hija tkun ikkommettiet delitt serju” użat fl-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja 1 , u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, jirriżulta li huwa biss abbażi tal-piena inflitta għal delitt partikolari skont id-dritt tal-Istat Membru partikolari li għandu jiġi ddeterminat jekk l-applikant wettaqx delitt li abbażi tiegħu huwa jista’ jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja?

____________

1     ĠU L 337, p. 9.