Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Novembru 2017 – GE Power Controls Portugal - Unipessoal Lda vs Fazenda Pública

(Kawża C-643/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GE Power Controls Portugal - Unipessoal Lda

Konvenuta: Fazenda Pública

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 313(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 1 , għandu jitqies li l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma ta’ natura Komunitarja u fil-każ li ma jkunux ta’ din in-natura, għandhom jitqiesu bħala oġġetti introdotti fit-territorju doganali konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2913/92 2 , li jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel parti tal-imsemmi Artikolu 313(2)(a) [tar-Regolament Nru 2454/93], fejn in-natura Komunitarja tiġi attribwita biss lil dawk l-oġġetti li fir-rigward tagħhom tiġi prodotta l-prova li kienu suġġetti għal proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-KE?

____________

1     Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

2     Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).