Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Bonn (il-Ġermanja) fid-9 ta' Settembru 2009 - Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt

(Kawża C-360/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfleiderer AG

Konvenut: Bundeskartellamt

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-akkordji, b'mod partikolari l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament Nru 1/2003 1 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 flimkien mal-Artikolu 3(1)(g) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet leżi b'akkordju ma għandhomx, fil-każ fejn jinvokaw talbiet taħt id-dritt ċivili, jingħataw aċċess għall-applikazzjonijiet ta' klemenza u għall-informazzjoni u dokumenti li ġew innotifikati volontarjament f'dan il-kuntest minn kandidati għal klemenza lill-awtorità ta' kompetizzjoni ta' Stat Membru, skont programm nazzjonali ta' klemenza fil-kuntest ta' proċedura ta' multa intiża (wkoll) għall-osservanza tal-Artikolu 81 KE?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02, p. 205.