Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 minn Safa Nicu Sepahan Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11, Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-45/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Safa Nicu Sepahan Co. (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

Fid-dawl tar-raġunijiet esposti f’dan l-appell, Safa Nicu Sepahan Co. titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha:

1. tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11 sa fejn:

ma rrikonoxxietx id-danni materjali subiti minn Safa Nicu Sepahan Co.  u ma tatx kumpens sabiex ikopri dawn id-danni;

ma rrikonoxxietx li Safa Nicu Sepahan Co. subit danni immaterjali iżda attribwit somma arbitrarjament baxxa ta’ EUR 50 000 bħala l-uniku kumpens għal dan id-dannu;

2. teżerċita ġurisdizzjoni sħiħa u, fuq il-bażi ta’ elementi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha:

Prinċipalment:

tagħti lil Safa Nicu Sepahan Co. somma ta’ EUR 5 662 737.40 flimkien mal-interess, għad-danni materjali subi minħabba ksur gravi ta’ dispożizzjoni legali u tal-azzjoni illegali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tagħti lil Safa Nicu Sepahan Co. somma ta’ EUR 2 000 000 flimkien mal-interessi, għad-danni immaterjali subi minħabba l-ksur gravi ta’ dispożizzjoni legali u tal-azzjoni illegali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż legali u spejjeż oħrajn sostnuti mill-appellanti b’relazzjoni ma’ dan l-appell, inkluż l-ispejjeż sostnuti fir-rigward tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, flimkien mal-interessi.

Sussidjarjament:

tagħti lil Safa Nicu Sepahan Co. ammont stabbilit ex aequo et bono, flimkien mal-interessi, għad-danni materjali subiti minħabba l-ksur gravi ta’ dispożizzjoni legali u tal-azzjoni legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tagħti lil Safa Nicu Sepahan Co. somma stabbilita ex aequo et bono, li ma tkunx inqas minn EUR 50 000, flimkien mal-interessi (kif diġà mogħti mis-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali), għad-danni immaterjali subiti minħabba l-ksur gravi ta’ dispożizzjoni legali u tal-azzjoni illegali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lil Safa Nicu Sepahan Co. l-ammont tal-ispejjeż legali u spejjeż oħrajn sostnuti fir-rigward ta’ dan l-appell, inkluż dawk sostnuti fir-rigward tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, flimkien mal-interessi marbuta.B’mod iktar sussidjarju:3. tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din il-qorti teżamina mill-ġdid l-ammont tad-danni u tagħti sentenza ġdid favur Safa Nicu Sepahan Co.Aggravji u argumenti prinċipaliIr-rikorrenti tqajjem żewġ aggravi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-25 ta’ Novembru 2014, b’diversi argumenti għal kull aggravju:1- Fl-ewwel aggravju tal-appell, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 93 sa 149 tas-sentenza appellata billi ċaħdet it-talba għal kumpens tar-rikorrenti għad-danni materjali kollha kemm huma, minkejja l-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet irrikonoxxiet u ammettiet li r-rikorrenti kienet effettivament sostniet danni materjali minħabba azzjoni serjament illegali tal-Unjoni. L-ewwel

aggravju huwa bbażat fuq

l-argumenti li ġejjin:is-sentenza ma attribwiet l-ebda kumpens għad-danni kkważati mill-Unjoni u l-uffiċjali tagħha, bi ksur tal-Artikolu 340(2) TFUE u tal

-Artikolu 41(3) CFREU, dawn iż-ż

ewġ artikoli jistabbilixxu l-prinċijpu tal-“kumpens sħiħ”;Barra minn hekk, billi ma attribwiet l-ebda kumpens għad-danni materjali meta l-eżistenz

a tagħhom kienet irrikonoxxuta, is-sentenza tikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ eżami ekwu u twettaq ċaħda tal-ġustizzja;is-sentenza tikser barra minn hekk il-liġi permezz ta’ distorsjonijiet manifesti ta’ fatti u ta’ provi, u ċ-ċaħda tagħha tad-danni kollha tar-rikorrrenti hija bbażata fuq raġunament difettuż, illoġiku u kontradittorju.2) Fit-tieni aggravju tal-appell, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 92 sa

149 tas-sentenza appellata billi qieset li l-għoti ta’ EUR 50 000 kien jikkostitwixxi kumpens xieraq. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ ġustifikazzjoni, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċpju

li jobbligaha tħallas kumpens għad-danni u spejjeż reali, fatt li wassal għal riżultat arbitrarju u illegali.