Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Nancy (Franza) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Ministre de l’Action et des Comptes publics vs Raymond Dreyer u martu

(Kawża C-372/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Nancy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Konvenuti: Raymond Dreyer u martu

Domanda preliminari

Il-kontribuzzjonijiet allokati lill-Caisse nationale de solidarité pour l’autonomie (il-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà għall-Għajxien Indipendenti), li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-benefiċċji kontenzjużi, għandhom rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 1 u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sempliċement minħabba li dawn is-servizzi jirrelataw ma’ wieħed mir-riskji elenkati fl-imsemmi Artikolu 3 u jingħataw mingħajr ebda evalwazzjoni diskrezzjonali abbażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment?

____________

1     Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)