Language of document : ECLI:EU:C:2014:2243





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 — Kárász

(Kawża C‑199/14) 1(1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Talba għal interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni — Suġġett tal-kawża nazzjonali li ma jippreżenta l-ebda element ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1)) (ara l-punti 14-16)

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Fővárosi közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2014.


1 – ĠU C 245, 28.7.2014.