Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis-27 ta' Diċembru 2011 - Bundeswettbewerbsbehörde vs Schenker und Co AG et

(Kawża C-681/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundeswettbewerbsbehörde, Bundeskartellanwalt

Konvenuti: Schenker und Co AG, ABX Logistics (l-Awstrija) GmbH, Logwin Invest Austria GmbH, Logwin Road + Rail Austria GmbH, Alpentrans Spedition und Transport GmbH, Kapeller Internationale Spedition GmbH, Johann Strauss GmbH, Wildenhofer Spedition und Transport GmbH, DHL Express (l-Awstrija) GmbH, G. Englmayer Spedition GmbH, Internationale Spedition Schneckenreither Gesellschaft mbH, Leopold Schöffl GmbH & Co KG, Express-Interfracht Internationale Spedition GmbH, Rail Cargo, A. Ferstl Speditionsgesellschaft mbH, Spedition, Lagerei und Beförderung von Gütern mit Kraftfahrzeugen Alois Herbst GmbH & Co KG, Johann Huber Spedition und Transportgesellschaft mbH, Keimelmayr Speditions- u. Transport GmbH, "Spedpack"-Speditions- und Verpackungsgessellschaft mbH, Thomas Spedition GmbH, Koch Spedition GmbH, Maximilian Schludermann als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Kubicargo Spedition GmbH, Kühne + Nagel GmbH, Lagermax Internationale Spedition Gesellschaft mbH, Morawa Transport GmbH, Johann Ogris Internationale Transport- und Speditions GmbH, Traussnig Spedition GmbH, Treu SpeditionsgesmbH, Spedition Anton Wagner GmbH, Gebrüder Weiss GmbH, Marehard u. Wuger Internat. Speditions- u. Logistik GmbH.

Domandi preliminari

1. Impriża li tkun kisret l-Artikolu 101 TFUE tista' tingħata multa, meta l-ksur inkwistjoni jkun seħħ bħala riżultat ta' żball mill-impriża fir-rigward tal-legalità tal-aġir tagħha u meta dan l-iżball ma jistax jiġi attribwit lilha?

F'każ ta' risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

1a) Jista' jitqies li żball minn impriża fir-rigward tal-legalità tal-aġir tagħha ma jistax jiġi attribwit lilha meta din l-impriża tkun aġixxiet b'mod konformi mal-parir li jkun ingħatalha minn konsulent legali b'esperjenza fil-liġi tal-kompetizzjoni, u meta l-ineżattezza ta' dan il-parir ma kinitx manifesta u lanqas ma setgħet tinstab mill-impriża bit-twettiq ta' verifika raġonevoli?

1b) Jista' jitqies li żball minn impriża fir-rigward tal-legalità tal-aġir tagħha ma jistax jiġi attribwit lilha meta din l-impriża tkun fdat fl-eżattezza ta' deċiżjoni adottata minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, li eżaminat l-aġir attribwit lilha biss fid-dawl tal-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni u li kkunsidrat l-aġir imsemmi bħala legali?

2. L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jikkonstataw li impriża pparteċipat f'akkordju li jikser il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, meta ebda multa ma għandha tiġi imposta fuq l-impriża, minħabba l-fatt li din talbet l-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza?

____________