Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fit-22 ta’ Jannar 2018 – Meca Srl vs Comune di Napoli

(Kawża C-41/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Meca Srl

Konvenut: Comune di Napoli

Domandi preliminari

Il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, stabbiliti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-prinċipji derivanti minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-non-diskriminazzjoni, il-proporzjonalità u l-effettività, stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE 1 , kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(4)(c) u (g) tad-direttiva msemmija, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 80(5)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016, li tgħid li l-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju fir-rigward ta’ nuqqasijiet kbar li seħħew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku preċedenti, li wasslu għax-xoljiment antiċipat ta’ kuntratt pubbliku preċedenti, tipprekludi kull evalwazzjoni min-naħa tal-awtorità kontraenti fir-rigward tal-affidabbiltà tal-offerent, sakemm tingħata d-deċiżjoni definittiva fil-kawża ċivili, minkejja li l-impriża inkwistjoni ma tkunx ipprovat li adottat il-miżuri ta’ tqegħid f’konformità intiżi biex jiġi rimedjat il-ksur imsemmi u biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, pag. 65).