Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Antonio Pasquale Mastromartino vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-53/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Antonio Pasquale Mastromartino

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domandi preliminari

Il-funzjoni tal-aġent marbut (tied agent) tidħol fl- armonizzazzjoni pprovduta mid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 1 , u għal liema aspetti?

Regola nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 55(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (Test uniku tad-dispożizzjonijiet dwar l-intermedjazzjoni finanzjarja, skont l-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), u mill-emendi suċċessivi, kif ukoll mill-Artikolu 111(2) tad-deliberazzjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 16190 tad-29 ta’ Ottubru 2007 (Regolament li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 dwar l-intermedjarji) tipprekludi l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004, u b’mod partikolari tal-Artikoli 8, 23 u 51 tagħha, kif ukoll tal-prinċipji u tar-regoli tat-Trattati dwar in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità, il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u d-dritt ta’ stabbiliment, liema regola:

tippermetti li jiġi pprojbit “diskrezzjonalment” l-eżerċizzju tal-attività ta’ “aġent marbut” (konsulent awtorizzat sabiex joffri servizzi barra mill-uffiċċji tal-impriża – ex promotur finanzjarju) fir-rigward ta’ fatti li ma jimplikawx it-telf ta’ reputazzjoni tajba, kif iddefinita mid-dritt intern, u li fl-istess ħin ma jirrigwardawx l-osservanza tar-regoli li jimplimentaw tad-Direttiva;

tippermetti li jiġi pprojbit “diskrezzjonalment” u sa sena l-eżerċizzju tal-attività ta’ “aġent marbut” (konsulent awtorizzat sabiex joffri servizzi barra mill-uffiċċji tal-impriża – ex promotur finanzjarju) fi proċeduri intiżi li jipprevjenu l-“istrepitus” li jirriżulta mill-akkuża fi proċess kriminali li t-tul tiegħu huwa normalment ħafna iktar minn sena.

____________

1 Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 7, p. 263).