Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-7 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-399/11, Banco Santander y Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-21/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Banco Santander, S.A. u Santusa Holding, S.L.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, meta interpretat ħażin l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ selettività tal-għajnuna mill-Istat li jinsab fl-imsemmi artikolu. Dan l-uniku motiv ta’ appell huma magħmul minn żewġ partijiet, ibbażati fuq l-iżball ta’ liġi identifikat:-    fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta rrikjediet, sabiex jintwera li għajnuna hija selettiva, l-obbligu li jiġi ddeterminat grupp ta’ impriżi b’karattersitiċi speċifiċi u inerenti (identifikabbli ex ante); u-    fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ selettività meta għamlet distinzjoni artifiċjali bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-għajnuna għall-esportaz

zjoni ta’ kapital.