Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Francesca Cadeddu vs Agenzia delle Entrate - Direzione provinciale di Cagliari et

(Kawża C-667/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesca Cadeddu

Konvenuti: Agenzia delle Entrate - Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoro

Domanda preliminari

L-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 1 tal-11 ta’ Lulju 2006 u l-Artikolu 2(4) tal-istess regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 50(1)(c) tad-DPR Nru 917 tat-22 ta’ Diċembru 1986, li skontha huma assimilati mad-dħul minn impjieg “c) l-ammonti mħallsa minn kwalunkwe persuna bħala borża ta’ studju jew allowance, premju, jew sussidju għal skopijiet ta’ studji jew taħriġ professjonali, jekk ma tkun teżisti l-ebda relazzjoni ta’ impjieg bejn il-benefiċjarju u l-pagatur”, liema ammonti huma konsegwentement suġġetti għat-taxxa ġenerali fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi, anki jekk il-borża ta’ studju tkun tħallset permezz ta’ fondi strutturali Ewropej?

____________

1     Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25).