Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fil-31 ta’ Jannar 2018 – AS Tallinna Vesi vs Keskkonnaamet

(Kawża C-60/18)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Tallinna Vesi

Konvenut: Keskkonnaamet

Intervenjent: Keskkonnaministeerium

Domandi preliminari

L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2008/98/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti att legali nazzjonali li jipprevedi li, fil-każ li ebda kriterju ma jkun ġie stabbilit fil-livell tal-Unjoni għad-determinazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart, it-tmiem tal-istatus ta’ skart jiddependi mill-eżistenza ta’ kriterji ddefiniti permezz ta’ att nazzjonali ta’ portata ġenerali fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart?

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi tippermetti lil detentur ta’ skart, fil-każ li ebda kriterju ma jkun ġie stabbilit fil-livell tal-Unjoni għad-determinazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart, li jeżiġi l-konstatazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart minn awtorità kompetenti jew minn qorti tal-Istat Membru skont il-ġurisprudenza applikabbli tal-Qorti tal-Ġustizzja, indipendentement mill-eżistenza ta’ kriterji ddefiniti permezz ta’ att nazzjonali ta’ portata ġenerali fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart?

____________

1 ĠU 2008 L 312, p. 3.