Language of document : ECLI:EU:C:2017:543

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)

13 ta’ Lulju 2017 (*)

“ Appell – Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) – Artikolu 58(2) – Awtorizzazzjoni – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Eżenzjoni – Regolament li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni”

Fil-Kawża C-651/15 P,

li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl-4 ta’ Diċembru 2015

Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) et, irrappreżentati minn C. Mereu, avukat, u J. Beck, solicitor,

rikorrenti,

il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn K. Mifsud-Bonnici u K. Talabér-Ritz, bħala aġenti,

konvenuta fl-ewwel istanza,

sostnuta minn:

Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata minn D. Colas u J. Traband, bħala aġenti,

intervenjenti fl-appell,

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), irrappreżentata minn W. Broere u M. Heikkilä, bħala aġenti,

Assogalvanica et, irrappreżentati minn C. Mereu, avukat, u J. Beck, solicitor,

intervenjenti fl-ewwel istanza,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),

komposta minn E. Regan, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: E. Sharpston,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat il-proċedura bil-miktub,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        Permezz tal-appell tagħhom, Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u l-185 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I ta’ din is-sentenza (iktar ’il quddiem, flimkien, “VECCO et”), jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropeatal-25 ta’ Settembru 2015 VECCO et vs Il-Kummissjoni, (T-360/13, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:T:2015:695), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament (UE) Nru 348/2013 tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ April 2013, li jemenda l-Anness XIV tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU 2013, L 108, p. 1).

 Il-kuntest ġuridiku

2        L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH),li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi,li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, u Rettifika ĠU 2007, L 136, p. 3), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 2008, L 353, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”), intitolat “Għan u Kamp ta’ applikazzjoni”, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi

“L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli ta’ sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni.”

3        Skont l-Artikolu 55 tar-Regolament REACH:

“L-iskop ta’ dan it-Titolu huwa li jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq intern filwaqt li jiżgura li r-riskji mis-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna jiġu kontrollati [adegwatament] u li dawn is-sustanzi eventwalment jiġu sostitwiti progressivament minn sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti fejn dawn ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli.Għal dan l-iskop il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti“ downstream” kollha li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom janalizzaw jekk hemmx alternattivi u jikkunsidraw ir-riskji tagħhom u kemm is-sostituzzjoni tista’ tkun ekonomikament vijabbli.”

4        L-Artikolu 57tar-Regolament REACH jipprevedi l-kriterji għall-inklużjoni ta’ sustanzi fl-Anness XIV ta’ dan ir-regolament

5        L-Artikolu 58 tar-Regolament REACH jipprevedi:

“1.      Kull meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu inklużi fl-Anness XIV sustanzi msemmija fl-Artikolu 57, din id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4). Għandha tispeċifika għal kull sustanza:

(a)      l-identità tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta’ l-Anness VI;

(b)      il-proprjetà jew proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza msemmija fl-Artikolu 57;

[…]

(d)      il-perjodi ta’ reviżjoni għal ċerti użi, jekk ikun il-każ;

(e)      l-użi jew kategoriji ta’ użi eżentati mir-rekwiżit ta’ l-awtorizzazzjoni, jekk ikun hemm, u l-kondizzjonijiet għal dawn l-eżenzjonijiet, jekk ikun hemm.

2.      Jistgħu jiġu eżentati użi jew kategoriji ta’ użu mir-rekwiżit ta’ l-awtorizzazzjoni sakemm, abbażi tal-leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza, ir-riskju jkun kontrollat adegwatament. Fit-twaqqif ta’ tali eżenzjonijiet, għandu jittieħed kont, partikolarment, tal-proporzjonalità tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent relatata man-natura tas-sustanza, bħal meta r-riskju jkun modifikat mill-forma fiżika.

[…]”

6        L-Artikoli 60 sa 64 tar-Regolament REACH jirrigwardaw il-proċedura ta’ għoti ta’ awtorizzazzjonijiet

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

7        Mill-punti 1 sa 9 tas-sentenza appellata jirriżulta li, permezz tar-Regolament Nru 348/2013, it-triossidu tal-kromju ġie inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH mingħajr ebda eżenzjoni skont l-Artikolu 58(2) tal-imsemmi regolament favur ċerti użi jew kategoriji ta’ użi ta’ din is-sustanza ma kienet ingħatat

 Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata

8        Fit-8 ta’ Lulju 2013, VECCO et ippreżentaw rikors intiż għall-annullament tar-Regolament Nru 348/2013. Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-imsemmi rikors u kkundannat lil et għall-ispejjeż.

 It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

9        VECCO et jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla s-sentenza appellata li tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors tagħhom jew li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu.

10      Il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lil VECCO et għall-ispejjeż.

11      Ir-Repubblika Franċiża, awtorizzata tintervjeni insostenn tal-Kummissjoni, u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), li interveniet fl-ewwel istanza sabiex issostni l-argumenti tal-Kummissjoni jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell

 Fuq l-appell

12      VECCO et jinvokaw tliet aggravji. L-ewwel u t-tieni aggravji jirrigwardaw il-ksur tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. It-tieni u t-tielet aggravji tal-appell huma invokati sussidjarjament, fil-każ li l-ewwel motiv jiġi milqugħ.

 Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament

 L-argumenti tal-partijiet

13      L-ewwel aggravju tal-appell huwa indirizzat kontra l-punti 28 sa 53 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li la d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE, tas-7 ta’ April 1998, dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 279), u lanqas d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 35), ma jikkostitwixxu “leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja” li timponi “rekwiżiti minimi”, fis-sens tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament Reach. VECCO et ikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni

14      Il-Qorti Ġenerali fil-punti 40 sa 44 u 50 sa 53 tas-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi billi rrestrinġiet il-portata tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH għall-istrumenti ta’ dritt sekondarju biss li jirrigwardaw sustanzi determinati u espliċitament imsemmija

15      Skont VECCO et, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH ma tapplikax għas-sustanzi, iżda għall-użi tagħhom. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li s-sustanzi inkwistjoni jkunu speċifikament imsemmija fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni. VECCO et jenfasizzaw, f’dan ir-rigward, li l-ECHA rrikonoxxiet, f’dokument intitolat “Preparazzjoni tat-tielet abbozz ta’ rakkomandazzjoni ta’ sustanzi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XIV – Approċċ ġenerali” li l-użi li jaqgħu taħt l-eżenzjon ijinkludu b’mod partikolari l-klassifikazzjonijiet ta’ perikolożità ta’ sustanza (karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni). Kuntrarjament għal dak li ġie deċiż mill-Qorti Ġenerali fil-punt 41 tas-sentenza appellata din l-interpretazzjoni ma tistax tqiegħed serjament fil-periklu l-finalità u l-funzjonament tar-Regolament REACH.

16      VECCO et isostnu li l-finalità tal-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH tobbligana li nistaqsu minn qabel dwar il-punt ta’ jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hijiex biżżejjed sabiex tiżgura kontroll adegwat tar-riskji. It-tliet kriterji previsti minn din id-dispożizzjonidwar l-eżistenza ta’ “leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja” li timponi “rekwiżiti minimi” li jwasslu li “ir-riskju jkun ikkontrollat sew” għandhom għaldaqstant ikunu evalwati flimkien fid-dawl ta’ din il-finalità, pjuttost milli waħidhom, kif għamlet il-Qorti Ġenerali

17      Skont VECCO et interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH għandu jwassal lill-Qorti Ġenerali li teżaminal-ewwel nett, il-punt ta’ jekk id-Direttivi 98/24 u 2004/37 humiex “speċifiċi” għall-użu inkwistjoni tat-triossidu tal-kromju fl-industrija tat-trattament tas-superfiċe u tal-galvanizzazzjoni, it-tieni nett, jekk dan huwa l-każ, li jiġi ddeterminat jekk din il-leġiżlazzjoni eżistenti timponix “rekwiżiti minimi” u t-tielet nett, li tivverifika jekk dawn ir-rekwiżiti minimi humiex suffiċjenti sabiex jiġu kkontrollati r-riskji inkorsi

18      Fir-rigward tal-ewwel kriterju previst fl-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH dwar l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni “speċifika”, VECCO et iqisu li dan il-kriterju ġie ssodisfatt, peress li l-użu jew il-kategoriji ta’ użu li għalihom intalbet eżenzjoni, jiġifieri l-proċessi ta’ kisi u ta’ galvanizzazzjoni li jużaw it-triossidu tal-kromju jaqgħu taħt l-użi msemmija mid-Direttiva 98/24 u, minħabba l-klassifikazzjoni ta’ din is-sustanza bħala kanċeroġenika permezz tad-Direttiva 2004/37

19      Fir-rigward tat-tieni kriterju msemmi f’din l-imsemmija dispożizzjoni, VECCO et iqisu li l-Qorti Ġenerali elenkat sew fil-punti 37 u 43 tas-sentenza appellata r-“rekwiżiti minimi” stabbiliti mid-Direttivi 98/24 u 2004/37. Madankollu, hija naqset milli tevalwa jekk, konkretament, dawn ir-rekwiżiti jippermettux li jintlaħaq kontroll adegwat tar-riskju għall-ħaddiem tal-industrija tal-kisi tas-superfiċi u tal-galvanizzazzjoni

20      Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ikkunsidrat, fil-punt 40 tas-sentenza appellata li d-Direttiva 98/24, tillimita ruħha li tistabbilixxi qafas ġenerali li jiddefinixxi d-dmirijiet li huma imposti fuq il-persuni li jimpjegaw li jesponu lill-impjegati tagħhom għal riskji kimiċi. Il-Qorti Ġenerali kienet barra minn hekk ikkunsidrat fil-punt 44 tas-sentenza appellata li d-Direttiva 98/24, ma tistabilixxix valur massimu fil-qasam ta’ espożizzjoni fuq ix-xogħol għas-sustanza inkwistjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li għandha r-“rekwiżiti minimi” fis-sens tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH.

21      VECCO et iqisu li l-iffissar ta’ valuri massimi fil-qasam tal-espożizzjoni fuq ix-xogħol la huwa l-uniku u lanqas huwa l-aħjar metodu ta’ ġestjoni ta’ riskji kimiċi. L-assenza ta’ dawn il-valuri massimi f’dak li jirrigwarda t-triossidu tal-kromju ma humiex suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li d-direttivi ma jimponux “rekwiżiti minimi” fis-sens tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH.

22      Fir-rigward tal-kriterju dwar il-kontroll adegwat tar-riskji, VECCO et jikkritikaw il-punt 64 tas-sentenza appellata li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali qieset li huwa impossibbli li jiġi vverifikat jekk il-kriterju ġiex issodisfatt minħabba l-assenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja li timponi rekwiżiti minimi. Din l-interpretazzjoni “superfiċjali” tikser, legalment, l-għan ġenerali segwit mill-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH u fil-fatt l-assjem ta’ provi annessi mal-proċess li huma intiżi li juru li r-riskji inkorsi mill-ħaddiema tal-industrija tal-kisi tas-superfiċi u tal-galvanizzazzjoni u marbuta mal-użu tat-triossidu tal-kromju huma kkontrollati adegwatament mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

23      Il-Kummissjoni tiċħad l-interpretazzjoni proposta minn VECCO et skont liema l-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH japplika għall-użi u mhux għas-sustanzi. Din l-istituzzjoni tapprova r-raġunament li bih il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma huwiex neċessarju li jiġu eżaminati l-użi koperti mid-Direttivi 98/24 u 2004/37 peress li dawn id-direttivi ma humiex speċifiċi għat-triossidu tal-kromju

24      L-ECHA taqbel mal-argument tal-Kummissjoni. Il-leġiżlatur ma pprevediex għal eżenzjoni awtomatika tal-mekkaniżmu ta’ awtorizzazzjoni għall-użi kollha koperti mid-Direttivi 98/24 u 2004/37

25      L-istess għandu japplika għar-Repubblika Franċiża li tqis li d-Direttivi 98/24 u 2004/37 ma humiex leġiżlazzjoni Komunitarji speċifiċi li jimponu r-rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ambjent f’każ ta’ użu tas-sustanza, fis-sens tal-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

26      Sabiex tingħata risposta għal dan l-ewwel aggravju tal-appell, għandu jitfakkar il-kuntest li fih tapplika s-sistema ta’ eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH.

27      F’dan ir-rigward mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament REACH, jirriżulta li dan ir-regolament huwa intiż sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż il-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni ta’ perikoli marbuta mas-sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni. Għal dan l-għan, dan ir-regolament jistabbilixxi sistema integrata ta’ kontroll tas-sustanzi kimiċi li tinkludi r-reġistrazzjoni tagħhom, l-evalwazzjoni tagħhom, kif ukoll l-awtorizzazzjoni tagħhom u eventwali restrizzjonijiet għall-użu tagħhom (ara, b’mod partikolari s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2017, Polynt vs ECHA, C‑323/15 P, EU:C:2017:207, punt 20).

28      Kif huwa enfasizzat b’mod partikolari fil-premessi 69 u 70 tar-Regolament REACH, din tirriżerva lis-sustanzi msejħin “ta’ tħassib serju ħafna” attenzjoni partikolari. Dawn is-sustanzi huma fil-fatt suġġetti għas-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-Titolu VII ta’ dan ir-regolament. Mill-Artikolu 55 tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-għan ta’ din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni huwa, “li jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq intern filwaqt li jiżgura li r-riskji mis-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna jiġu kontrollati tajjeb u li dawn is-sustanzi eventwalment jiġu sostitwiti progressivament minn sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti fejn dawn ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli” (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2017, Polynt vs ECHA, C‑323/15 P, EU:C:2017:207, punt 21).

29      L-ewwel stadju ta’ din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni huwa l-proċedura ta’ identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH. It-tieni stadju huwa r-reġistrazzjoni ta’ dawn is-sustanzi fil-lista tas-sustanzi suġġetti għall-awtorizzazzjoni li jifformaw l-Anness XIV ta’ dan ir-regolament u t-tielet u l-aħħar stadju jikkonċerna l-proċedura li twassal, jekk ikun il-każ, għall-awtorizzazzjoni ta’ sustanza ta’ tħassib serju ħafna (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2017, Polynt/ECHA, C-323/15 P, EU:C:2017:207, punt 22).

30      Bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza bejn is-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-Titolu VII tar-Regolament REACH u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji tal-Unjoni intiżi sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent mir-riskji li jinħolqu mill-użu ta’ sustanzi kimiċi, l-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-regolament jippermetti li jiġu eżentati ċerti użi tal-obbligu ta’ awtorizzazzjoni “bil-kundizzjoni li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika eżistenti, li timponi rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent fil-każ ta’ użu tas-sustanza, ir-riskju għandu jkun ikkontrollat adegwatament”.

31      Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li ċerti użi jew kategoriji ta’ użi ta’ sustanza ta’ tħassib serju ħafna jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni, jekk jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu, minn naħa, il-preżenza ta’ “leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza” u min-naħa l-oħra li inkunsiderazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni “ir-riskju għandu jkun ikkontrollat adegwatament”. Mill-kliem ċar ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta wkoll li dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi b’mod li, kif iddeċidiet, essenzjalment il-Qorti Ġenerali, fil-punti 32 u 64 tas-sentenza appellata, huwa biżżejjed li waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfatta sabiex l-eżenzjoni tkun miċħuda

32      Barra minn hekk għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva għal din id-dispożizzjoni minħabba n-natura derogatorja tagħha.

33      Fir-rigward tad-domanda jekk id-Direttivi 98/24 u 2004/37 jaqgħu taħt l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet għandu jiġi ddeterminat jekk dawn id-direttivi jistgħux jiġu kkunsidrati bħala leġiżlazzjoni speċifika li timponi rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent fil-każ ta’ użu tas-sustanza.

34      Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, it-tifsira u l-portata tal-espressjoni “leġiżlazzjoni speċifika” li għaliha r-Regolament REACH ma jipprovdi ebda definizzjoni għandhom jiġu ddeterminati konformement mas-sens normali tagħha fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih tintuża u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2015, Hotel Sava Rogaška, C-207/14, EU:C:2015:414, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).

35      Is-sens abitwali tal-aġġettiv “speċifiku” jirreferi, fil-lingwaġġ kurrenti, għal dak li huwa partikolari għal speċi, għal dak li huwa tiegħu nnifsu u jiddistngwieh minn speċijiet oħra, u jista’ għalhekk ikun oppost għal dak li huwa ġenerali. Konformement ma’ dan is-sens abitwali, l-espressjoni “leġiżlazzjoni speċifika” użata fl-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tirrigwarda għal tal-anqas kull direttiva jew regolament li jippromulgaw regoli speċjali għas-sustanza kkunsidrata. Din l-espressjoni għandha tinftiehem b’oppożizzjoni għal leġiżlazzjoni li tirregola jew grupp ta’ sustanzi jew kategorija ta’ użi ddefiniti b’mod ġenerali jew astratt

36      VECCO et jikkunsidraw madankollu li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH hija indirizzata għall-użi jew għall-kategoriji ta’ użi u mhux għas-sustanzi. Konsegwentement, sabiex jiġi ddeterminat jekk din l-eżenzjoni hijiex applikabbli, ikun inqas xieraq li jiġi eżaminat il-punt ta’ jekk is-sustanza kkonċernata hijiex espressament imsemmija fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni milli jiġi vverifikat jekk din il-leġiżlazzjoni tippermettix, fil-prattika, li jiġu kkontrollati adegwatament ir-riskji assoċjati mal-użi jew il-kategoriji ta’ użi kkunsidrati għal din is-sustanza. Il-Qorti Ġenerali kienet għaldaqstant wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li d-Direttivi 98/24 u 2004/37 ma jikkostitwixxux leġiżlazzjoni speċifika li timponi rekwiżiti minimi minħabba li dawn id-direttivi ma jsemmux espressament it-triossidu tal-kromju

37      F’dan ir-rigward jekk huwa minnu li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH ma jirreferix għall-kunċett ta’ sustanza, iżda biss għal dawk ta’ użi jew kategoriji ta’ użi jibqa’ l-fatt madankollu li l-mekkaniżmu ta’ eżenzjoni jimplika rabta inseparabbli bejn sustanza u l-użi tagħha jew l-kategoriji tal-użi tagħha

38      Fil-fatt, ir-Regolament REACH huwa intiż, kif jirriżulta mit-titolu tiegħu u mill-istruttura ġenerali tiegħu sabiex jirregola s-sustanzi. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni msemmija fit-Titolu VII ta’ dan ir-regolament jindirizza b’mod iktar partikolari sustanzi li, minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom, huma kkunsidrati bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna u li minħabba dan il-fatt, għandhom fit-tul, jiġu sostitwiti

39      Kif jirriżulta mill-Artikolu 55 tal-imsemmi regolament dawn is-sustanzi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss abbażi ta’ awtorizzazzjoni intiża li tiggarantixxi li r-riskji li jinvolvu l-uża tagħhom ikunu kkontrollati adegwatament. Hija r-raġuni għaliex l-għoti ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60 tal-istess regolament tkun preċeduta minn evalwazzjoni ta’ riskji, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64 ta’ dan ir-regolament

40      Barra minn hekk id-deċiżjoni li tiġi inkluża sustanza fl-Anness XIV tar-Regolament REACH għandha konformement mal-Artikolu 58(1)(e) ta’ dan ir-regolament, tindika b’mod partikolari l-użu jew il-kategoriji eżenti, jekk ikun il-każ, mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni u l-kundizzjonijiet possibbli għal tali eżenzjonijiet.

41      Barra minn hekk, kif irrilevat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punti 41 u 44 tas-sentenza appellata l-interpretazzjoni tal-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH difiża minn VECCO et fatt li jwassal sabiex jiġi aċċettat b’mod partikolari li kull sustanza kanċeroġenika tal-kategorija I jew II għandha neċessarjament tkun eżenti mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni għall-użi tagħha fil-qasam tax-xogħol minħabba l-fatt li d-Direttiva 2004/37 tirregola dan it-tip ta’ użu għas-sustanzi kollha kanċeroġeniċi. Din l-interpretazzjoni hija inkompatibbli kemm mal-kliem kif ukoll mal-għan tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-Titolu VII tar-Regolament REACH f’dak li jirrigwarda s-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna bħalma huma s-sustanzi kanċeroġeniċi tal-kategorija I jew II

42      Għalhekk f’dan il-każ wara li ġie kkonstatat ġustament li d-Direttivi 98/24 u 2004/37 ma fihom ebda dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda t-triossidu tal-kromju li timponi rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent f’każ ta’ użu ta’ din is-sustanzahuwa mingħajr żbalji ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali għar-raġunijiet esposti fil-punti 37 sa 45 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li dawn id-direttivi ma jikkostitwixxux “leġiżlazzjoni speċifika” fis-sens tal-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH. Il-Qorti Ġenerali, għaldaqstant, setgħet, ġustament, tiddeċiedi fil-punt 63 tas-sentenza appellata li l-ewwel miż-żewġ kundizzjonijiet mitluba minn din id-dispożizzjoni ma ġietx issodisfatta u, għalhekk, tiġġustifika, fil-punt 66 tas-sentenza appellata, iċ-ċaħda tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 58(2)tar-Regolament REACH.

43      Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju tal-appell għandu għal din ir-raġuni biss jiġi miċħud bħala infondat

44      It-tieni u t-tielet aggravji tal-appell kienu ġew invokati b’mod sussidjarju, f’każ fejn l-ewwel aggravju jintlaqa’. Peress li dan l-ewwel aggravju ġie miċħud, hemm lok li jiġu miċħuda t-tieni u t-tielet aggravji tal-appell bħala ineffettivi

 Fuq l-ispejjeż

45      Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1), il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba

46      L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

47      Skont l-Artikolu 184(4) tal-istess Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tordna li intervenjent, fl-ewwel istanza li pparteċipa fil-fażi bil-miktub jew orali tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

48      Peress li l-Kummissjoni ordnat li VECCO et jbatu l-ispejjeż u dawn tilfu l-aggravji tagħhom, hemm lok li jkunu kkundannati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

49      Ir-Repubblika Franċiża, bћala intervenjenti fl-appell, gћandha tbati l-ispejjeż tagћha.

50      L-ECHA, intervenjenti fl-ewwel istanza, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

1)      L-appell huwa miċħud.

2)      Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I ta’ din is-sentenza huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)      Ir-Repubblika Franċiża u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Firem


ANNESS I

Lista tar-rikorrenti

Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV(VECCO), stabbilita f’Memmingen (il-Ġermanja),

Adolf Krämer GmbH & Co. KG, stabbilita f’Ulm (il-Ġermanja),

AgO Argentum GmbH Oberflächenveredelung, stabbilita f’Nuremberg (il-Ġermanja),

Alfred Kruse GmbH Metallveredelungen, stabbilita f’Längenfeld (il-Ġermanja),

AL-Oberflächenveredelungsgesellschaft mbH, stabbilita f’Wuppertal (il-Ġermanja),

Anke GmbH & Co. KG Oberflächentechnik, stabbilita f’Essen (il-Ġermanja),

ATC Armoloy Technology Coatings GmbH & Co. KG, stabbilita f’Mosbach (il-Ġermanja),

August Schröder GmbH & Co. KG Oberflächenveredelung, stabbilita f’Hemer (il-Ġermanja),

August Sure KG, stabbilita f’Lüdenscheid (il-Ġermanja),

Baaske Oberflächenveredelung GmbH, stabbilita f’Wuppertal,

Hartchrom-Beck GmbH, stabbilita f’Güglingen (il-Ġermanja),

Bredt GmbH, stabbilita f’Meschede (il-Ġermanja),

Breidert Galvanic GmbH, stabbilita f’Darmstadt (il-Ġermanja),

Chrom-Müller Metallveredelung GmbH, stabbilita f’Oberndorf am Neckar (il-Ġermanja),

Chrom-Schmitt GmbH & Co. KG, stabbilita f’Baden-Baden (il-Ġermanja),

C. Hübner GmbH, stabbilita f’Marktoberdorf (il-Ġermanja),

C.W. Albert GmbH & Co. KG, stabbilita f’Hemer-Bredenbruch (il-Ġermanja),

Detlef Bingen GmbH, stabbilita f’Langenfeld (il-Ġermanja),

Dittes Oberflächentechnik GmbH, stabbilita f’Keltern (il-Ġermanja),

Duralloy Süd GmbH, stabbilita f’Villingen-Schwenningen (il-Ġermanja),

Durochrom-Bogatzki, stabbilita f’Oberndorf am Neckar,

Metallveredelung Emil Weiß GmbH & Co. KG, stabbilita f’Mitwitz (il-Ġermanja),

Ewald Siodla Metallveredelungsgesellschaft mbH, stabbilita f’Witten (il-Ġermanja),

Flügel CSS GmbH & Co. KG, stabbilita f’Solingen (il-Ġermanja),

Fritz Zehnle Galvanische Anstalt, Inh. Gerd Joos eK, stabbilita f’Triberg (il-Ġermanja),

Galvanoform Gesellschaft für Galvanoplastik mbH, stabbilita f’Lahr (il-Ġermanja),

Galvano Herbert Geske eK, stabbilita f’Solingen,

Galvanotechnik Friedrich Holst GmbH, stabbilita f’Hamburg, (il-Ġermanja)

Galvano Weis, Weis GmbH & Co., Galvanische Werkstätte KG, stabbilita f’Emmering (il-Ġermanja),

gebr. böge Metallveredelungs GmbH, stabbilita f’Hamburg

Hans Giesbert GmbH & Co. KG, stabbilita f’Mömbris (il-Ġermanja),

Groz-Beckert KG, stabbilita f’Albstadt (il-Ġermanja),

GTW GmbH, stabbilita f’Werl (il-Ġermanja),

GWC Coating GmbH, stabbilita f’Villingen-Schwenningen,

Hartchrom Beuthel GmbH, stabbilita f’Schwelm (il-Ġermanja),

Hartchrom Erb GmbH, stabbilita f’ Weiterstadt (il-Ġermanja),

Hartchrom GmbH, stabbilita f’Karlsruhe (il-Ġermanja),

Hartchrom GmbH Werner Kreuz, stabbilita f’Blumberg (il-Ġermanja),

Hartchrom Schoch GmbH, stabbilita f’Sternenfels (il-Ġermanja),

Hartchrom Teikuro Automotive GmbH, stabbilita f’Sternenfels,

Heine Optotechnik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Herrsching (il-Ġermanja),

Heinrich Schnarr GmbH Metallveredlungswerk, stabbilita f’Mainaschaff (il-Ġermanja),

Heinrich Schulte Söhne GmbH & Co. KG, stabbilita f’Arnsberg (il-Ġermanja),

Heinz Daurer und Söhne GmbH & Co. KG Metall-Veredelung-Lampertheim, stabbilita f’Lampertheim (il-Ġermanja),

Helmut Gossmann Metallveredelungs-GmbH, stabbilita f’Goldbach (il-Ġermanja),

Henry Gevekoth GmbH, stabbilita f’Hamburg,

Heyer GmbH Oberflächentechnik, stabbilita f’Lübeck (il-Ġermanja),

HFJ Galvano Kiel GmbH, stabbilita f’Kiel (il-Ġermanja),

Hueck Engraving GmbH & Co. KG, stabbilita f’Viersen (il-Ġermanja),

Imhof Hartchrom GmbH, stabbilita f’Karlstadt (il-Ġermanja),

Johannes Jander GmbH & Co. KG Metalloberflächenveredelung, stabbilita f’Iserlohn (il-Ġermanja),

Johann Maffei GmbH & Co. KG, stabbilita f’Iserlohn-Simmern (il-Ġermanja),

Kesseböhmer Beschlagsysteme GmbH & Co. KG, stabbilita f’Bad Essen (il-Ġermanja),

Knipex-Werk C. Gustav Putsch KG, stabbilita f’Wuppertal,

Kreft & Röhrig GmbH, stabbilita f’Troisdorf-Friedrich-Wilhelms Hütte (il-Ġermanja),

Kriebel Metallveredelung GmbH, stabbilita f’Kirschfurt (il-Ġermanja),

LKS Kronenberger GmbH Metallveredlungswerk, stabbilita f’Seligenstadt (il-Ġermanja),

Kunststofftechnik Bernt GmbH, stabbilita f’Kaufbeuren (il-Ġermanja),

L B – Oberflächentechnik GmbH, stabbilita f’Wuppertal,

Linder Metallveredelungsgesellschaft mbH, stabbilita f’Albstadt (il-Ġermanja),

Metallisierwerk Peter Schreiber GmbH, stabbilita f’Düsseldorf (il-Ġermanja),

Montanhydraulik GmbH, stabbilita f’Holzwickeden (il-Ġermanja),

Morex SpA, stabbilita f’Crespano del Grappa (l-Italja),

Motoren-Sauer Instandsetzungs-GmbH, stabbilita f’Hösbach (il-Ġermanja),

MSC/Copperflow Ltd, stabbilita f’Bolton, Greater Manchester (ir-Renju Unit),

Neumeister Hydraulik GmbH, stabbilita f’Neuenstadt am Kocher (il-Ġermanja),

Nießer Metallveredelung GmbH, stabbilita f’Röthenbach an der Pegnitz (il-Ġermanja),

Norddeutsche Hartchrom GmbH & Co. KG, stabbilita f’Ganderkesee (il-Ġermanja),

Oberflächenzentrum Elz GmbH, stabbilita f’Limburg (il-Ġermanja),

OK Oberflächenveredelung GmbH & Co. KG, stabbilita f’Sundern (il-Ġermanja),

OTH Oberflächentechnik Hagen GmbH & Co. KG, stabbilita f’Hagen (il-Ġermanja),

OT Oberflächentechnik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Schwerin (il-Ġermanja),

Präzisionsgalvanik GmbH Wolfen, stabbilita f’Bitterfeld-Wolfen (il-Ġermanja),

Rahrbach GmbH, stabbilita f’Heiligenhaus (il-Ġermanja),

Rudolf Clauss GmbH & Co. KG Metallveredlung, stabbilita f’Mülheim an der Ruhr (il-Ġermanja),

Rudolf Jatzke Galvanik-Hartchrom Günter Holthöfer GmbH & Co. KG, stabbilita f’Bielefeld (il-Ġermanja),

Schaeffler Technologies AG & Co. KG, stabbilita f’Herzogenaurach (il-Ġermanja),

Scherer GmbH, stabbilita f’Haslach im Kinzigtal (il-Ġermanja),

Schmitz Hydraulikzylinder GmbH, stabbilita f’Büttelborn (il-Ġermanja),

Schnarr Metallveredlung GmbH, stabbilita f’Waiblingen (il-Ġermanja),

Schornberg Galvanik GmbH, stabbilita f’Lippstadt (il-Ġermanja),

Robert Schrubstock GmbH & Co. KG, stabbilita f’Velbert (il-Ġermanja),

Schulte Hartchrom GmbH, stabbilita f’Arnsberg,

Schwing GmbH, stabbilita f’Sankt Stefan im Lavanttal (l-Awstrija),

Silit-Werke GmbH & Co. KG, stabbilita f’Riedlingen (il-Ġermanja),

Steinbach & Vollmann GmbH & Co. KG, stabbilita f’Heiligenhaus,

Strötzel Oberflächentechnik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Hildesheim (il-Ġermanja),

Süss Oberflächentechnik GmbH, stabbilita f’Wetzlar (il-Ġermanja),

Thoma Metallveredelung GmbH, stabbilita f’Heimertingen (il-Ġermanja),

Viemetall Viersener Metallveredlung Pottel GmbH & Co. KG, stabbilita f’Viersen (il-Ġermanja),

Walzen-Service-Center GmbH, stabbilita f’Oberhausen (il-Ġermanja),

Wavec GmbH, stabbilita f’Eisenhüttenstadt (il-Ġermanja),

Wilhelm Bauer GmbH & Co. KG, stabbilita f’Hanovre (il-Ġermanja),

Willy Remscheid Galvanische Anstalt GmbH, stabbilita f’Solingen,

Willy Remscheid Kunststofftechnik GmbH, stabbilita f’Velbert,

Wiotec, Inhaber Udo Wilmes eK, stabbilita f’Ense (il-Ġermanja),

Wissing Hartchrom GmbH, stabbilita f’Lohmar (il-Ġermanja),

alfi GmbH Isoliergefäße, Metall- und Haushaltswaren, stabbilita f’Wertheim (il-Ġermanja),

BIA Kunststoff- und Galvanotechnik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Solingen,

Siegfried Boner eK, stabbilita f’Villingen-Schwenningen,

Bruchmühlbacher Galvanotechnik (BG) GmbH, stabbilita f’Bruchmühlbach-Miesau (il-Ġermanja),

C + C Krug GmbH, stabbilita f’Velbert,

Collini GmbH, stabbilita f’Aperg (il-Ġermanja),

Collini Gesellschaft mbH, stabbilita f’Hohenems (l-Awstrija),

Collini GmbH, stabbilita f’Marchtrenk (l-Awstrija),

ColliniWien GmbH, stabbilita f’Vjenna (l-Awstrija),

Federal-Mogul TP Europe GmbH & Co KG, stabbilita f’Burscheid (il-Ġermanja),

Fischer GmbH & Co. surface technologies KG, stabbilita f’Katzenelnbogen (il-Ġermanja),

Friederici Oberflächenveredlung GmbH, stabbilita f’Iserlohn,

Galvano Wittenstein GmbH, stabbilita f’Solingen,

Gedore-Werkzeugfabrik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Remscheid (il-Ġermanja),

Gerhardi Kunststofftechnik GmbH, stabbilita f’Lüdenscheid,

Gosma – Werkzeugfabrik und Metallveredelung Weber GmbH, stabbilita f’Gosheim (il-Ġermanja),

Hartchrom-Meuter Ernst Meuter GmbH & Co. KG, stabbilita f’Solingen,

Hartchrom Spezialbeschichtung Winter GmbH, stabbilita f’Treuen (il-Ġermanja),

Hasler AG, Aluminiumveredlung, stabbilita f’Turgi (l-Isvizzera),

Hartchrom Haslinger Oberflächentechnik GmbH, stabbilita f’Linz (l-Awstrija),

Hentschel Harteloxal GmbH & Co. KG, stabbilita f’Schorndorf (il-Ġermanja),

Kammin Metallveredelung KG, stabbilita f’Friesenheim (il-Ġermanja),

Karl-Heinz Bauer GmbH Galvanische Anstalt, stabbilita fi Ispringen (il-Ġermanja),

Maschinenfabrik KBA-Mödling AG, stabbilita f’Maria Enzersdorf (l-Awstrija),

Albert Kißling Galvanische Werke GmbH, stabbilita fi Neusäß (il-Ġermanja),

KME il-Ġermanja GmbH & Co. KG, stabbilita f’Osnabrück (il-Ġermanja),

Lahner KG, stabbilita fi Brunn am Gebirge (l-Awstrija),

Liebherr-Aerospace Lindenberg GmbH, stabbilita f’Lindenberg (il-Ġermanja),

MTU Aero Engines AG, stabbilita f;München (il-Ġermanja),

MTU Maintenance Hannover GmbH, stabbilita f’Langenhagen (il-Ġermanja),

Münze Österreich AG, stabbilita fi Vjenna,

Nehlsen-BWB Flugzeug-Galvanik Dresden GmbH & Co. KG, stabbilita fi Dresde (il-Ġermanja),

Orbis Will GmbH + Co. KG, stabbilita f’Ahaus (il-Ġermanja),

Riag Oberflächentechnik AG, stabbilita f’Wängi (l-Isvizzera),

Franz Rieger Metallveredlung, stabbilita f’Steinheim am Albuch (il-Ġermanja),

Saxonia Galvanik GmbH, stabbilita f’Halsbrücke (il-Ġermanja),

Schweizer Galvanotechnic GmbH & Co. KG, stabbilita f’Heilbronn (il-Ġermanja),

G. Schwepper Beschlag GmbH & Co, stabbilita f’Heiligenhaus,

R. Spitzke Oberflächen- und Galvanotechnik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Barsbüttel (il-Ġermanja),

Stahl Judenburg GmbH, stabbilita f’Judenburg (l-Awstrija),

VTK Veredelungstechnik Krieglach GmbH, stabbilita fi Krieglach (l-Awstrija),

STI Surface Technologies International Holding AG, stabbilita f’Steinach (l-Isvizzera),

Witech GmbH, stabbilita f’Remscheid,

Kurt Zecher GmbH, stabbilita f’Paderborn (il-Ġermanja),

De Martin AG, Metallveredelung, stabbilita f’Wängi (l-Isvizzera),

Hattler & Sohn GmbH, stabbilita f’Villingen-Schwenningen,

Alfacrom 2000 Srl, stabbilita fi Fiume Veneto (l-Italja),

F.LLI Angelini Sud Srl, stabbilita f’Arzano (l-Italja),

Bertola Srl, stabbilita f’Marene (l-Italja),

Bugli Srl, stabbilita f’Scandicci (l-Italja),

Burello Srl, stabbilita f’Pavia di Udine (l-Italja),

Galvanica CMB Di Bittante Franco EC Snc, stabbilita fi Scorzé (l-Italja),

Casprini Gruppo Industriale SpA, stabbilita f’Cavrilia (l-Italja),

CFG Rettifiche Srl, stabbilita f’Argenta (l-Italja),

CIL – Cromatura e Rettifica Srl, stabbilita f’Esine (l-Italja),

Cromatura Dura Srl, stabbilita f’Lozza (l-Italja),

Cromital Srl, stabbilita f’Parma (l-Italja),

Cromoflesch Di Bolletta Giuseppe & C. Snc, stabbilita f’Salzano (l-Italja),

Cromogalante Srl, stabbilita f’Padova (l-Italja),

Cromotrevigiana Srl, stabbilita f’Ponzano Veneto (l-Italja),

Elezinco Srl, stabbilita f’Castelfidardo (l-Italja),

Galvanica Nobili Srl, stabbilita f’Marano sul Panaro (l-Italja),

Galvanotecnica Vignati Srl, stabbilita f’Canegrate (l-Italja),

Galvitek Srl, stabbilita f’Verona (l-Italja),

Gilardoni Vittorio Srl, stabbilita f’Mandello del Lario (l-Italja),

Industria Galvanica Dalla Torre Ermanno e Figli Srl, stabbilita f’Villorba (l-Italja),

La Galvanica Trentina Srl, stabbilita f’Rovereto (l-Italja),

Nicros Srl, stabbilita f’Conegliano (l-Italja),

OCM Di Liboà Mauro & C. Snc, stabbilita f’Mondovì (l-Italja),

Rubinetterie Zazzeri SpA, stabbilita f’Incisa Valdarno (l-Italja),

Silga SpA, stabbilita f’Castelfidarno (l-Italja),

Surcromo Di Suttora Marco, stabbilita f’Pieve Emanuele (l-Italja),

Tobaldini SpA, stabbilita f’Altavilla Vicentina (l-Italja),

Tre Albi SNC Di Trentin Silvano Bittante Mario & Albanese Giancarlo, stabbilita f’Vedelago (l-Italja),

Adolf Boos GmbH & Co. KG, stabbilita f’Iserlohn,

Henkel Beiz- und Elektropoliertechnik GmbH & Co. KG, stabbilita f’Waidhofen an der Thaya (l-Awstrija),

Saueressig GmbH & Co. KG, stabbilita f’Vreden (il-Ġermanja),

Saueressig Polska sp. z o.o., stabbilita f’Tarnowo Podgórne (Il-Polonja),

Wetzel GmbH, stabbilita fi Grenzach-Wyhlen (il-Ġermanja),

Wetzel sp. z o.o., stabbilita f’Duchnów (Il-Polonja),

Apex Cylinders Ltd, stabbilita f’Bristol (ir-Renju Unit),

Federal-Mogul Burscheid GmbH, stabbilita f’Burscheid,

Federal-Mogul Friedberg GmbH, stabbilita f’Friedberg (il-Ġermanja),

Federal-Mogul Vermögensverwaltungs-GmbH, stabbilita f’Burscheid,

Federal-Mogul Operations Franza SAS, stabbilita f’Saint-Jean-de-la-Ruelle (Franza),

Dietmar Schrick GmbH, stabbilita f’Solingen,

Cromatura Dalla Torre Sergio Snc Di Dalla Torre Sergio EC, stabbilita f’Breda di Tiave (l-Italja),

Hartchromwerk Brunner AG, stabbilita f’Sankt Gallen (l-Isvizzera),

Schulz Hartchrom GmbH, stabbilita f’Hamburg,


ANNESS II

Lista ta’ intervenjenti fl-ewwel istanza

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA),

Assogalvanica, stabbilita f’Padova (l-Italja),

Ecometal, stabbilita f’Trévise (l-Italja),

Comité européen pour le traitement de surface (CETS), stabbilita f’Louvain (il-Belġju),

Österreichische Gesellschaft für Oberflächentechnik (AOT), stabbilita fi Vjenna,

Surface Engineering Association (SEA), stabbilita f’Birmingham (ir-Renju Unit),

Zentralverband Oberflächentechnik eV (ZVO), stabbilita f’Hilden (il-Ġermanja),

Eco-Chim Galvanotecnica di Antoniazzi G. & C. Snc, stabbilita f’Codognè (l-Italja),

Heiche Oberflächentechnik GmbH, stabbilita fi Schwaigern (il-Ġermanja),

Schwäbische Härtetechnik Ulm GmbH & Co. KG, stabbilita f’Ulm (il-Ġermanja),

Trattamento superfici metalliche Srl (TSM), stabbilita f’Schio (l-Italja),

Aros Hydraulik GmbH, stabbilita f’Memmingen,

Berndorf Band GmbH, stabbilita f’Berndorf (l-Awstrija),

Eberhard Derichs Maschinen- und Apparatebau GmbH, stabbilita f’Krefeld (il-Ġermanja),

Friedrich Fausel Metalldrückerei, stabbilita f’Herrlingen (il-Ġermanja),

Goldhofer AG, stabbilita f’Memmingen,

Heidelberger Druckmaschinen AG, stabbilita f’Heidelberg (il-Ġermanja),

Huhtamaki Flexible Packaging il-Ġermanja GmbH & Co. KG, stabbilita f’Ronsberg (Allemagne),

ITW Automotive Products GmbH, stabbilita f’Hodenhagen (il-Ġermanja),

Josef Van Baal GmbH, stabbilita f’Krefeld,

Kleinvoigtsberger Elektrobauelemente GmbH, stabbilita f’Großschirma (il-Ġermanja),

Kniggendorf & Kögler GmbH, stabbilita f’Laatzen (il-Ġermanja),

Liebherr-Components Kirchdorf GmbH, stabbilita f’Kirchdorf (il-Ġermanja),

Max Hilscher GmbH, stabbilita f’Dornstadt (il-Ġermanja),

Mora Metrology GmbH, stabbilita f’Aschaffenburg (il-Ġermanja),

Norsystec – Nohra-System-Technik GmbH, stabbilita f’Nohra (il-Ġermanja),

Otto Littmann Maschinenfabrik - Präzisionsmechanik GmbH, stabbilita f’Hamburg,

Provertha Connectors Cables & Solutions GmbH, stabbilita f’Pforzheim (il-Ġermanja),

Roland Merz, residenti f’Ober-Ramstadt (il-Ġermanja),

Schwing-Stetter Baumaschinen GmbH, stabbilita fi Vjenna,

SML Maschinengesellschaft mbH, stabbilita f’Lenzing (l-Awstrija),

ThyssenKrupp Steel Europe AG, stabbilita f’Duisbourg (il-Ġermanja),

Windmöller & Hölscher KG, stabbilita f’Lengerich (il-Ġermanja).


*      Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.