Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’Escompte vs BĊE

(Kawża T-749/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nausicaa Anadyomène SAS (Pariġi, Franza) u Banque d’Escompte (Pariġi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

Konsegwentement,

tgħid li l-konvenut huwa responsabbli, fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE mill-fatt tan-nuqqasijiet imwettqa fl-okkażjoni tal-politika monetarja tiegħu dwar titoli ta’ dejn Griegi;

tikkundanna lill-konvenut li jikkumpensa d-dannu subit, evalwat għal EUR 10,901,448.38 lill-kumpannija Nausicaa, suġġett għall-konferma, u għal EUR 239,058.84 lill-Banque d’Escompte;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż fl-intier tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur suffiċjentement ikkaratterizzat li l-BĊE wettqet. Dan il-motiv huwa diviż fi tliet partijiet:

L-ewwel parti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju tar-rispett tal-aspettattivi leġittimi.

It-tieni parti, dwar il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u dwar il-ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “il-Karta”).

It-tielet parti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta u dwar il-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.

It-tieni motiv ibbażat fuq dannu subit mir-rikorrenti u fuq ir-rabta kawżali bejn l-aġir żbaljat tal-BĊE u dan id-dannu.

____________