Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta' April 2012 - Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-549/10 P) 

(Appell - Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Abbuż - Suq tal-magni għall-ġbir ta' kontenituri tax-xorb użati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta' esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, J. Midthjell, avukat, A.J. Ryan, solicitor)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u N. Khan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta' Settembru 2010, fil-Kawża T-155/06, Tomra Systeme ASA et vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Marzu 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.113 - Prokent/Tomra), li timponi multa ta' EUR 24 miljun lill-appellanti peress li implementaw, b'abbuż mill-pożizzjoni dominanti tagħhom, prattiki li jinkludu ftehim ta' esklużività, impenji kwantitattivi u tnaqqis għal fedeltà sabiex jipprekludu jew idewwmu d-dħul ta' manifatturi oħra fis-suq Awstrijaku, Ġermaniż, Olandiż, Norveġiż u Svediż tas-suq tal-magni għall-ġbir ta' kontenituri tax-xorb użati, kif ukoll, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis sostanzjali tal-multa

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB u Tomra Butikksystemer AS huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 63, 26.02.2011