Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-611/15) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Werrej tal-fajl tal-Kummissjoni dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni – Preżunjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring mbH (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Wagner u H. Hoffmeyer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Clotuche-Duvieusart, L. Wildpanner u A. Buchet, sussegwentement F. Clotuche-Duvieusart, A. Buchet u F. Erlbacher u fl-aħħar F. Clotuche-Duvieusart u A. Buchet, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2015 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) – Proċedura ta’ tranżazzjoni), kif ukoll għall-werrej tal-fajl amministrattiv ta’ din il-proċedura u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tħejji verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni C(2013) 8512 finali u tal-werrej relatat ma’ din il-proċedura.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 27, 25.1.2016.