Language of document :

Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-180/16 – L-Oréal vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-523/17 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-180/16, EU:T:2017:451;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 .

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).