Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Doux Élevage SNC, Coopérative agricole UKL-ARREE vs Ministère de l’Agriculture, de l’alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l’aménagement du territoire, Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF)

(Kawża C-677/11) 1

“Artikolu 107(1) TFUE — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ ‘riżorsi tal-Istat’ — Kunċett ta’ ‘imputabbiltà lill-Istat’ — Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur agrikolu — Organizzazzjonijiet rikonoxxuti — Azzjonijiet komuni deċiżi minn dawn l-organizzazzjonijiet fl-interess tal-professjoni — Finanzjament permezz tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti b’mod volontarju mill-imsemmija organizzazzjonijiet — Att amministrattiv li jirrendi obbligatorji dawn il-kontribuzzjonijiet għall-professjonisti kollha fis-settur agrikolu kkonċernat”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doux Élevage SNC, Coopérative agricole UKL-ARREE

Konvenuti: Ministère de l’Agriculture, de l’alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l’aménagement du territoire, Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Conseil d’État - Interpretazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE fid-dawl tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Pearle et (C-345/02) - Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi lill-professjonisti kollha ta’ settur ftehim li jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-imsemmija awtorità u li jagħmel il-kontribuzzjoni obbligatorja - Implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazjonijiet esterni, ta’ difiża tal-interessi tas-settur - Iffinanzjar ta’ azzjonijiet li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni - Kunċett ta’ “għajnuna”

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi għall-professjonisti kollha ta’ settur agrikolu ftehim li, bħall-ftehim interprofessjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali u li għalhekk jagħmilha obbligatorja sabiex tippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka u ta’ difiża tal-interessi tas-settur ikkonċernat ma tikkostitwixxix element ta’ għajnuna mill-Istat.

____________

1 ĠU C 89, 24.03.2012