Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Proċeduri kriminali kontra K. B.

(Kawża C-458/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Parti fil-kawża prinċipali

K. B.

Domanda preliminari

L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu 1 , għall-perijodu bejn il-11 ta’ Awwissu 2007 u s-27 ta’ Novembru 2009 (iż-żewġ dati inklużi), li tirriżulta b’mod partikolari mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2007 (2007/445/KE) 2 , tal-20 ta’ Diċembru 2007 (2007/868/KE)  , tal-15 ta’ Lulju 2008 (2008/583/KE)  , tas-26 ta’ Jannar 2009 (2009/62/KE  , u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009  hija illegali?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207. ĠU L 169, p. 58. ĠU L 340, p. 100. ĠU L 188, p. 21. ĠU L 23, p. 25. ĠU L 151, p. 14.