Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Emirates Airlines - Direktion für Deutschland vs Aylin Wüst, Peter Wüst

(Kawża C-645/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emirates Airlines - Direktion für Deutschland

Konvenuti: Aylin Wüst, Peter Wüst

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għeluq temporanju ta’ ajruport wara inċident subit minn ajruplan fl-inżul jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja?

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għeluq temporanju ta’ ajruport jikkostitwixxi wkoll ċirkustanza straordinarja, meta l-ajruplan li ssubixxa l-inċident kien jappartjeni mal-flotta tat-trasportatur tal-ajru li jinvoka l-eżistenza ta’ ċirkustanza straordinarja fir-rigward ta’ titjira li ddewmet wara dan l-għeluq tal-ajruport?

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għat-tieni domanda:

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dewmien tal-wasla ta’ iktar minn tliet sigħat “huwa kkawżat” minn din iċ-ċirkustanza straordinarja, anki meta l-ajruplan li ssubixxa l-inċident kien jappartjeni mal-flotta tal-istess trasportatur tal-ajru bħal dak li jinvoka ċirkustanza straordinarja fir-rigward ta’ titjira li ddewmet wara l-għeluq tal-ajruport?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).