Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ April 2015 – Asma Bougnaoui, ADDH - Association de défense des droits de l’homme vs Micropole Univers SA

(Kawża C-188/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asma Bougnaoui, ADDH - Association de défense des droits de l’homme

Konvenuta: Micropole Univers SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xewqa ta’ klijent ta’ kumpannija ta’ konsulenza informatika li s-servizzi informatiċi ta’ din il-kumpannija ma jibqgħux jiġu pprovduti lilu minn impjegata, inġinier ta’ proġetti, liebsa velu Iżlamiku, tikkostitwixxi rekwiżit professjonali essenzjali u determinanti, minħabba n-natura tal-attivitajiet professjonali partikolari kkonċernati jew il-kuntest li fihom jitwettqu?