Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016 – CC vs Il-Parlament

(Kawża F-9/12 RENV)

(Servizz pubbliku – Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament – Rikors għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Żbalji mwettqa fil-ġestjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa – Kompetizzjon ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EUR/A/151/98 – Ugwaljanza fit-trattament – Miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza [kunfidenzjali1 – Investigazzjoni mill-Ombudsman Ewropew)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CC (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti

Suġġett tal-kawża

Talba sabiex il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jikkumpensa d-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti minħabba l-iżbalji mwettqa fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha.

Dispożittiv

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CC is-somma ta’ EUR 12 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CC fil-Kawżi F-9/12, T-457/13 P u F-9/12 RENV.

____________

1 Informazzjoni kunfidenzjali moħbija