Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Madrid (Spanja) fil-11 ta’ April 2018 – Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A. vs Asendia Spain, S.L.U.

(Kawża C-259/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A.

Konvenuta: Asendia Spain, S.L.U.

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz 1 (imsejħa d-direttiva postali), fil-formulazzjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008 2 , jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-garanzija mogħtija lill-operatur postali nnominat għall-provvista ta’ servizz postali universali tinkludi li dan ikun l-uniku wieħed awtorizzat jiddistribwixxi mezzi ta’ postaġġ minbarra bolol?

F’każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta pożittiva, huwa kompatibbli mal-leġiżlazzjoni postali tal-Unjoni Ewropea ir-rekwiżit li l-operaturi postali privati għandu jkollhom stabbilimenti ta’ bejgħ fiżiċi miftuħa għall-pubbliku sabiex ikunu jistgħu jiddistribwixxu u jikkummerċjalizzaw mezzi ta’ postaġġ minbarra bolol?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71.

2     Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU 2008, L 52, p. 3).