Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Diċembru 2017 – D. H. vs Ministerstvo vnitra

(Kawża C-704/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: D. H.

Konvenut: Ministerstvo vnitra

Domandi preliminari

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33/EU 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippremettix lin-Nejvyšší správní soud (Qorti Amministrattiva Suprema) tistħarreġ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonċerna d-detenzjoni ta’ ċittadin barrani wara li dan iċ-ċittadin barrani jkun ġie meħlus mid-detenzjoni?

____________

1  ĠU L 180, p. 96.