Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta' Jannar 2013 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Tomkins plc

(C-286/11 P) 

"Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Responsabbiltà tal-kumpannija parent li tirriżulta biss mill-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha - Prinċipju ne ultra petita - Effett fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-kumpannija parent ta' annullament ippronunċat minn sentenza li tirrigwarda sussidjarja"

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Tomkins plc (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, S. Jordan, solicitor)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta' Marzu 2011 T-382/06 - Tomkins vs Il-Kummissjoni li tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/691/KE, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F/38.121 - Attrezzaturi) [notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4180] dwar akkordju dwar l-iffissar tal-prezzijiet u tal-ammonti tat-tnaqqis u tal-iskonti, fuq l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet, fuq l-assenjazzjoni tal-klijenti u fuq l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjali, fis-suq Ewropew tal-attrezzaturi tal-liga tar-ram (ĠU L 283. p. 63), u li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Tomkins plc

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011