Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 minn Deutsche Bahn AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11, Deutsche Bahn AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-583/13 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Venot, J. Brückner, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 Settembru 2013, fil-Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11;

tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2011) 1774, tal-14 ta’ Marzu 2011, C (2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C (2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011, li jordnaw spezzjoni fir-rigward ta’ Deutsche Bahn AG, kif ukoll tas-sussidjarji kollha tagħha, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħhom:

L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa b’mod partikolari fid-dawl tal-intensità tal-indħil fuq id-drittijiet fundamentali u tat-theddida ta’ dannu irreparabbli, li huwa sproporzjonat jekk il-Kummissjoni, li taġixxi wkoll bħala awtorità inkwirenti u tingħata responsabbiltajiet wiesgħa, twettaq verifiki mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.Il-Qorti Ġenerali, it-tieni nett, interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Sempliċi reviżjoni ġudizzjarja sussegwenti ma tipprovdix protezzjoni ġudizzjarja effettiva għan-negozji affettwati mill-verifiki tal-Kummissjoni It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dokumenti, dwar l-allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, li ġew miksuba matul investigazzjoni barra mis-suġġett tal-ispezzjoni, misjuba b’mod inċidentali, minkejja li kienu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-użu. L-uffiċjali tal-Kummissjoni ġew informati qabel il-bidu ta’ dik l-investigazzjoni dwar l-indikazzjonijiet mhux relatati mal-kawża preżenti. Għalhekk il-Kummissjoni kienet il-kawża ta’ din il-koinċidenza artifiċjali li waslet għal interpretazzjoni wiesg

ħa u inammissibbli ta’ din l-eċċezzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja  , li iżda għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv.Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-oneru tal-prova. Huwa probabbli, jew għall-inqas ma jistax jiġi eskluż, li ċerti dokumenti ġew pro

dotti biss minħabba n-notifika uffiċjali minn qabel ta’ persuni mhux awtorizzati, jiġifieri li ma humiex relatati mal-kawża preżenti, li ġew misjuba “b’koinċidenza”. Peress li l-appellanti ma jistgħux jipprovaw tali rabta kawżali u din iċ-ċirkustanza ma hijiex attribwibbli lilhom, huwa meħtieġ li jinbidel l-oneru tal-prova u l-Kummissjoni għandha turi li dawn id-dokumenti kienu fil-fatt instabu b’mod inċidentali.