Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – L-Iżveżja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-521/14) 1

[“Regolament (UE) Nru°528/2012 – Prodotti bijoċidali – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Speċifikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali – Nuqqas tal-Kummissjoni milli tadotta atti delegati – Obbligu li wieħed jaġixxi”]

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk, K. Sparrman u L. Swedenborg, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, aġent, assistit minn M. Johansson, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u N. Lyshøj, aġenti); ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti); ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment M. Bulterman u M. Noort, sussegwentement M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti); ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent); il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u P. Schonard, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u A. Norberg, aġenti)

Suġġett

Talba intiża tikkonstata li l-Kummissjoni naqqset b’mod illegali milli tadotta atti delegati dwar kriterji xjentiċifi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru°528/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, meta naqqset milli tadotta atti delegati għal dak li jirrigwarda l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tar-Renju tal-Iżvezja.

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 431, 1.12.2014.