Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-183/13 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-382/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype (rappreżentanti: A. Carboni, M. Browne, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky IP International, Sky plc

Talbiet

tannulla s-sentenza Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE) T-183/13 mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Mejju 2015 fl-intier tagħha u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u

tikkundanna għall-ispejjeż rispettivi tagħhom lill-UASI u lil kull parti intervenjenti f’dan l-appell inklużi l-ispejjeż tal-appellanti għal dan l-appell kif ukoll għall-ispejjeż (i) tal-appell quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-183/13; (ii) tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 2398/2010-4; u (iii) tal-oppożizzjoni B 812 380 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-uniku aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja 1 fl-għoti tas-sentenza tagħha fil-Kawża T-183/13 relatata mal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 660 065 (iktar ’il quddiem it-“trade mark ikkontestata”). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin meta waslet għad-deċiżjoni tagħha li tilqa’ l-konstatazzjonijiet tal-konvenut fl-ewwel istanza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni:

Meta evalwat ix-xebh bejn il-prodotti u servizzi bejn it-trade mark ikkontestata u t-trade mark preċedenti tal-intervenjenti, il-Qorti Ġenerali identifikat lista inkorretta ta’ servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata;

2.    Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti, fejn naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizz Skype tal-appellanti kien ibbażat fuq forma ta’ teknoloġija ġdida u innovattiva ħafna fid-data li fiha t-trade mark ikkontestata għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (iktar ’il quddiem id-“data rilevanti”), u għaldaqstant il-pubbliku rilevanti kellu livell ’il fuq mill-medja ta’ kompetenza teknika u kapaċità ogħla li jagħmel distinzjoni bejn it-trade marks.

3.    Jidher li l-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat li l-fatt li l-appellanti aċċettat li s-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata huma identiċi għal uħud mis-servizzi koperti mit-trade mark preċedenti kien ifisser li kienet qed taċċetta wkoll li t-trade mark preċedenti kienet tgawdi minn karattru distintiv ogħla u/jew reputazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oqsma komuni ma’ dawk speċifiċi għat-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti.4.    Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat minn diversi aspetti meta eżaminat l-evalwazzjoni tal-UASI relatata max-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, b’mod partikolari, billi bbażat ruħha fuq il-finzjoni ġuridika żbaljata li l-konsumatur medju jaqra’ l-kliem qosra iżolati mix-xellug għal-lemin, u billi qiegħdet importanza eżaġerata fuq il-koinċidenza tal-ittri S-K-Y fil-bidu taż-żewġ trade marks, kif ukoll billi naqset milli tevalwa l-fatt li d-differenza kunċettwali bejniethom tinnewtralizza kull xebh viżiv jew fonetiku;5.    Il-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji sinjifikanti billi laqgħet il-konstatazzjoni tal-UASI li t-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv ogħla b’rabta mal-prodotti u servizzi barra mis-servizzi “prinċipali” t

a

’ xandir televiżiv tal-intervenjenti. L-ewwel nett ibbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-użu tat-trade mark preċedenti b’rabta mas-servizzi “prinċipali” tal-intervenjenti biex talludi karattru distintiv għal servizzi oħra, it-tieni nett, hija ħadet inkunsiderazzjoni provi ta’ użu li seħħew wara d-data rilevanti;6.    Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat f’numru ta’ aspetti meta wettqet evlawazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni:i.    ir-reputazzjoni sostanzjali li kienet tgawdi t-trade mark ikkontestata

fid-data rilevanti; uii.    provi globali reali li juru l-koeżistenza paċifika fis-suq tat-trade marks inkwistjoni għal iktar minn għaxar snin, fejn l-intervenjenti ma ressqu ebda azzjoni ta’ ksur, liema fatt jindika b’mod kunsiderevoli li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fid-data rilevanti.Għaldaqstant, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja: (1) tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-183/13 u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u (2) tordna li l-ispejjeż tal-appellanti

jiġu rrimborsati lilha.

____________

1 ĠU L 78, p. 1