Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-9 ta’ Lulju 2019 – Entoma SAS vs Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

(Kawża C-526/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Entoma SAS

Konvenuti: Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament [(KE) Nru 258/97] tas-27 ta’ Jannar 1997 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi ikel magħmul minn annimali sħaħ intiż sabiex jiġi kkonsmat bħala tali jew dan japplika biss għal ingredjenti tal-ikel iżolati minn insetti?

____________

1     Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 18, p. 244, rettifika fil-ĠU 2012, L 68, p. 42).