Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2019 minn Klaus Nonnemacher mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-389/18 – Klaus Nonnemacher vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-659/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Klaus Nonnemacher (rappreżentant: C. Rohnke, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Paul Ingram

B’digriet tad-19 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess.

____________