Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2010 - Eberhard Bömcke vs BEI

(Kawża F-95/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat bħala rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-BEI, innotifikata lir-rikorrent permezz ta' ittra tat-22 ta' Settembru 2010 li huwa rċieva fl-24 ta' Settembru 2010,

jikkundanna lill-BEI jagħmel tajjeb għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq u jagħtih, bħala kumpens, is-somma ta' EUR 25 000,

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.

____________