Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008; iktar preċiżament il-parti ta' dan ir-rapport li hija stabbilita mill-EUROSTAT għal dan l-istess perijodu.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________