Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013

Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-71/11) 1

(Servizz pubbliku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-71/11, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 355, 03.12.2011, p. 30