Language of document : ECLI:EU:F:2009:59

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tielet Awla)

11 ta’ Ġunju 2009

Kawża F-81/08

Zoe Ketselidou

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Rikors – Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja – Fatt sostanzjali ġdid – Assenza”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu Z. Ketselidou titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Jannar 2008, li tiċħad it-talba tagħha għal kalkolu ġdid tas-snin tas-servizz pensjonabbli li jirriżulta mit-trasferiment, lejn l-iskema Komunitarja, tal-ekwivalent attwarjali tad-drittijiet għal pensjoni li hija kisbet fil-Greċja.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat. Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Rikorsi – Termini – Eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni amministrattiva li saret definittiva

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Uffiċjali – Rikorsi – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Dekadenza – Ftuħ mill-ġdid – Kundizzjoni – Fatt ġdid

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

1.      L-eżistenza ta’ fatt ġdid u sostanzjali jista’ jiġġustifika t-tressiq ta’ talba għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li tkun saret definittiva wara l-iskadenza tat-termini ta’ rikors. Il-fatt ikkonċernat għandu jkun jista’ jbiddel b’mod sostanziali s-sitwazzjoni tal-persuna li għandha l-intenzjoni li tikseb eżami mill-ġdid ta’ din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, hija l-persuna kkonċernata li għandha tressaq it-talba amministrativa tagħha f’terminu raġonevoli. L-interess li hija għandha li titlob l-adattament tas-sitwazzjoni amministrattiva tagħha għal leġiżlazzjoni ġdida għandu, fil-fatt, jiġi bbilanċjat mal-obbligu ta’ ċertezza legali.

(ara l-punti 32 sa 36)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja 26 ta’ Settembru 1985, Valentini vs Il‑Kummissjoni, 231/84, Ġabra p. 3027, punt 14 ; 13 ta’ Novembru 1986, Becker vs Il‑Kummissjoni, 232/85, Ġabra p. 3401, punt 10

Il-Qorti tal-prim’Istanza: 22 ta’ Settembru 1994, Carrer et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑495/93, ĠabraSP p. I‑A‑201 u II‑651, punt 20 ; 25 ta’ Marzu 1998, Koopman vs Il‑Kummissjoni, T‑202/97, ĠabraSP p. I‑A‑163 u II‑511, punt 24; 14 ta’ Lulju 1998, Lebedef vs Il‑Kummissjoni, T‑42/97, ĠabraSP p. I‑A‑371 u II‑1071, punt 25 ; 7 ta’ Frar 2001, Inpesca vs Il‑Kummissjoni, T‑186/98, Ġabra p. II‑557, punt 51

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 16 ta’ Jannar 2007, Genette vs Il‑Kummissjoni, F‑92/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 62

2.      Il-konstatazzjoni, permezz ta’ sentenza ta’ qorti Komunitarja, li deċiżjoni amministrattiva ta’ portata ġenerali tikser ir-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tikkostitwixxi, fir-rigward tal-uffiċjali li naqsu milli jagħmlu użu fil-ħin tal-possibbiltajiet ta’ rikors offerti mir-Regolamenti tal-Persunal, fatt ġdid li jiġġustifika t-tressiq ta’ talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjonijiet individwali li jikkonċernawhom adottati mill-Awtorità tal-Ħatra.

(ara l-punt 47)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 11 ta’ Lulju 1997, Chauvin vs Il‑Kummissjoni, T‑16/97, ĠabraSP p. I‑A‑237 u II‑681, punti 39 sa 45; 9 ta’ Frar 2000, Gómez de la Cruz Talegón vs Il‑Kummissjoni, T‑165/97, ĠabraSP p. I‑A‑19 u II‑79, punt 51