Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-26 ta’ Ġunju 2019 – Syndicat interprofessionnel de défense du fromage Morbier vs Société Fromagère du Livradois SAS

(Kawża C-490/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat interprofessionnel de défense du fromage Morbier

Konvenuta: Société Fromagère du Livradois SAS

Domanda preliminari

L-Artikoli 13(1) rispettivi tar-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 1 u tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu unikament l-użu minn terz ta’ denominazzjoni rreġistrata jew għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-preżentazzjoni ta’ prodott protett minn denominazzjoni ta’ oriġini, b’mod partikolari ir-riproduzzjoni tal-forma jew tad-dehra li tikkaratterizzaha, li tista’ tqarraq bil-konsumatur għal dak li jirrigwarda l-oriġini vera tal-prodott, anki jekk id-denominazzjoni rreġistrata ma tintużax?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU 2008, L 335M, p. 213, rettifiki fil-ĠU 2009, L 64M, p. 74 u fil-ĠU 2011, L 293, p. 38).

2     Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 55, p. 27 u fil-ĠU 2015, L 191,p. 10).