Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-10 ta’ Jannar 2019 – Diskrimineringsombudsmannen vs Braathens Regional Aviation AB

(Kawża C-30/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Diskrimineringsombudsmannen

Konvenuta: Braathens Regional Aviation AB

Domanda preliminari

F’każ dwar ksur ta’ projbizzjoni mniżżla fid-Direttiva 2000/43/KE 1 fejn il-persuna li tkun saritilha dannu titlob kumpens għal diskriminazzjoni, għandu l-Istat Membru, jekk mitlub mill-persuna li tkun saritilha dannu, dejjem jeżamina jekk saritx diskriminazzjoni – u fejn xieraq jikkonkludi li dak kien il-każ – irrispettivament minn jekk il-persuna akkużata minn diskriminazzjoni ammettietx jew le li saret id-diskriminazzjoni, sabiex jitqies bħala ssodisfatt ir-rekwiżit fl-Artikolu 15 għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol.1, p. 23).