Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 – Alionescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/11)

(Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali – Deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas ta’ lment – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ciprian-Calin Alionescu (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M. Stănculescu, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li testendi b’sitt sigħat it-terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/206-207/11.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

C.-C. Alionescu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.