Language of document : ECLI:EU:F:2011:24

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

16 ta’ Marzu 2011

Kawża F-21/10

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Illegalità — Trażmissjoni ta’ ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża lill-avukat li jkun irrappreżenta lir-rikorrent f’tali kawża — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu għall-kumpens tad-dannu li, fil-fehma tiegħu, jirriżulta mit-trażmissjoni lir-rappreżentant tiegħu fil-kawża li tat lok għad-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tas-17 ta’ Mejju 2006, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (T‑241/03), ta’ ittra dwar il-ħlas tal-ispejjeż fl-imsemmija kawża u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni tiġi ordnata tħallsu danni.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha. Ir-rikorrent huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Rikors — Rikors għad-danni — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni prekontenzjuża li tiċħad it-talba għad-danni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Proċedura — Spejjeż — Spejjeż fiergħa u vessatorji imposti fuq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba r-rikors abbużiv ta’ uffiċjal

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 94)

1.      It-talbiet għal annullament intiżi kontra deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tiċħad talba għad-danni matul il-fażi prekontenzjuża ma jistgħux jiġu evalwati indipendentement mit-talbiet għad-danni.

(ara l-punti 19 u 20)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 14 ta’ Ottubru 2004, I vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja, T‑256/02, punt 47, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jekk dan tal-aħħar ikun sostna spejjeż li setgħu jiġu evitati, b’mod partikolari meta r-rikors ikun manifestament abbużiv, huwa jista’ jikkundanna lill-parti li tkun ikkawżathom tirrimborsa l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, liema ammont ma għandux jeċċedi EUR 2 000.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika fil-każ ta’ rikors ta’ uffiċjal li d-diversi rikorsi tiegħu quddiem il-qrati tal-Unjoni diġà ġew miċħuda, minn tal-inqas parzjalment, bħala manifestament inammissibbli jew manifestament infondati fid-dritt u li r-rikors tiegħu huwa ċertament ta’ natura fiergħa u vessatorja, peress li r-rikorrent ikun għażel li jressaq proċeduri kontenzjużi mingħajr ebda ġustifikazzjoni.

(ara l-punti 33, 35 u 36)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 9 ta’ Diċembru 2009, Marcuccio vs Il­Kummissjoni, C‑513/08 P; 9 ta’ Diċembru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, C‑528/08 P; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il­Kummissjoni, T‑143/08; 9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il­-Kummissjoni, T‑144/08; 26 ta’ Ġunju 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑114/08 P; 28 ta’ Settembru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑46/08 P; Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea 23 ta’ Marzu 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑16/09 P; 28 ta’ Ottubru 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑32/09 P; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 11 ta’ Mejju 2007, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑2/06; 6 ta’ Diċembru 2007, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑40/06; 14 ta’ Diċembru 2007, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑21/07; 4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑18/07; 4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑87/07; 18 ta’ Frar 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑70/07; 31 ta’ Marzu 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑146/07, li hija s-suġġett ta’ appell pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Kawża T‑239/09 P; 20 ta’ Lulju 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑86/07, li hija s-suġġett ta’ appell pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Kawża T‑402/09 P; 7 ta’ Ottubru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑122/07; 7 ta’ Ottubru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑3/08