Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra UC u TD

(Kawża C-769/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

UC u TD

Domanda preliminari

Hija konformi mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali 1 , mal-prinċipju li l-każ għandu jinstema’ fi żmien raġonevoli fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll mal-prinċipju ta’ dinjità, leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta l-att ta’ akkuża jkun irregolari (jiġifieri l-kontenut tiegħu ma jkunx ċar, ma jkunx komplet jew ikun kontradittorju), fl-ebda każ ma tippermetti li din l-irregolarità tiġi rrimedjata permezz ta’ korrezzjoni mill-prosekutur fil-kuntest tas-seduta quddiem il-qorti li matulha tkun ġiet ikkonstatata din l-irregolarità, u minflok tobbliga lill-qorti sabiex f’kull każ twaqqaf il-proċedura ġudizzjarja u tibgħat il-każ lura quddiem il-prosekutur sabiex jitfassal att ta’ akkuża ġdid, bil-konsegwenza li dan iwassal għal dewmien sinjifikattiv fil-proċeduri kriminali minkejja li l-irregolarità inkwistjoni tkun tista’ tiġi rrimedjata immedjatament fil-kuntest tas-seduta?

____________

1     ĠU 2012, L 142, p. 1.