Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta' Lulju 2010 - Füller-Tomlinson vs Il-Parlament

(Kawża F-97/08) 1

(Servizz pubbliku - Ex-membru tal-persunal temporanju - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika - Tul tal-proċedura ntiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sehem ta' invalidità permanenti parzjali imputabbli tar-rikorrenti għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20%, kif ukoll, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Füller-Tomlinson hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009 p. 76.