Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-137/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjon tar-rikorrent fis-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

jannulla d-deċiżjonijiet tal-5 u tas-7 ta’ Jannar 2015 kif ukoll id-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2015 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent miksuba qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Kunsill;jannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati ta’ ħlas fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni;jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________