Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Dietrich vs Il-Parlament

(Kawża F-143/15) 1

(Servizz Pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Xoljiment antiċipat tal-kuntratt – Data ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Sospensjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Data ġdida ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Ilment tardiv – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Inammissibbiltà manifesta – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Constant Dietrich (Pfulgriesheim, Franza) (rappreżentant: A. Fombaron, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropea (rappreżentanti: L. Deneys u E. Taneva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ xoljiment antiċipat tar-reklutaġġ tiegħu mal-Parlament Ewropew.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

C. Dietrich għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

____________

1 ĠU C 68, 22.2.2016, p. 45.