Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tistabilixxi l-benefiċċji li għandu dritt għalihom ir-rikorrent minħabba d-diżabbiltà parzjali permanenti li jbati minnha.

Talbiet tar-rikorrent

Quatenus opus est, tannulla l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Ġunju 2010, li tirrigwarda l-garanziji disponibbli għar-rikorrent taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward ta' inċident li huwa sofra fis-17 ta' Ġunju 2005, sa fejn tipprovdi li r-rikorrent kellu jitħallas, kif fil-fatt ġara, is-somma ta' EUR 10 682.29;

tannulla d-deċiżjoni li rriżultat mill-abbozz ta' deċiżjoni tat-2 ta' Ġunju 2010, meta skada t-terminu ex lege tan-notifika tal-abbozz lir-rikorrent mingħajr ma dan ta' l-aħħar ma talab li jikkonsulta mal-kumitat mediku, annullament mitlub biss fir-rigwad ta' dik il-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tipprovdi li r-rikorrent kellu jitħallas, kif fil-fatt ġara, is-somma ta' EUR 10 682,29;

quatenus oportet, tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment tas-26 ta' Awwissu 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas mingħajr dewmien lir-rikorrent id-differenza pożittiva bejn dak li kellu jitħallas lir-rikorrent, taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u fir-rigward tal-inċident inkwistjoni, u s-somma EUR 10 682.29 li diġà tħallsitlu, flimkien mal-interessi fuq din id-differenza b'rata ta' 10 % għal kull sena flimkien ma kapitalizzazzjoni annwali, mill-24 ta' Awwissu 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________