Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Ferlin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi lir-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/COM/AD/02/10 - AD7.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Europea Nru R/718/11, tal-21 ta’ Novembru 2011;

sussidjarjament jannulla r-rikors fl-intier tiegħu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għal danni morali inkorsi fil-kawża;

jikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors tal-ispejjeż ġudizzjarji u legali.