Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2010 - de Fays vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe de Fays (Malèves Sainte Marie Wastinnes, il-Belġju) (rappreżentant: N. Soldatos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjonijiet tal-AIPN tat-8 ta' Settembru 2009 u tat-12 ta' Frar 2010 u tirrikonoxxi li r-rikorrent mhuwiex kapaċi jaħdem minħabba mard professjonali mill-15 ta' Mejju 2005;

sussidjarjament taħtar mill-ġdid kumitat mediku magħmul minn tobba esperti ta' mard jonizzanti maħsub sabiex igħidu jekk, matul l-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tiegħu, ir-rikorrent ġiex expost għar-riskju li jiġi milqut b'marda jonizzanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________